Posted by: stgeorgesfc | September 13, 2010

Messagg mill-President


Gheziez supporters ta’ St.George’s,

Qed noqorbu lejn l-ewwel loghba kompetittiva ta’ stagun gdid, stagun li mistenni jkun kumbattut kif wara kollox ikun ta’ kull sena l-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni. Din is-sena l-kumitat hadem flimkien mal-coach habrieki taghna sabiex ikollna skwadra kompetittiva, dejjem pero fil-limitazzjonijiet finanzjarji tal-club. Sfortunatament dan il-club ghadu minghajr sponsor, u dan minkejja kull tentattiv li ahna naghmlu. Din is-sena hemm prospetti sbieh li jkollna sponsor bhal haddiehor. Izda rridu nistennew u nittamaw u imbaghad naraw.

Kif ghidt mal-hatra ta’ kumitat gdid, kien ikkonfermat bhala coach Joey Hasi Falzon. Dan ser ikun it-tielet stagun ta’ Falzon bhala coach. Nixtieq minn hawn nirringrazzja lill-coach tal-impenn u imhabba li ghandu lejn dan il-club, kif ukoll tal-pacenzja kbira li ha u jiehu bina. Flimkien mieghu harisna kif nistghu nsahhu t-team taghna. Bhala kumitat iddecidejna li ma’ ningaggjawx player barrani ghalissa, u dan minkejja l-bidliet li wettqet l-MFA sabiex teamijiet tal-First ikun jista’ ikollhom 3 barranin. Bhala club ma’ naffordjawx player barrani. Ghalhekk din id-decizjoni wasslitna sabiex induru fuq players Maltin li jistghu jaghmlu d-differenza.

L-ewwel akkwisti kienu players li diga kienu taw servizz lill-club. Fuq quddiem nett insemmi lill-goalkeeper Thomas Galea u d-difensur Benoir Fenech minghand Hibernians. Gie ghal sena ohra l-midfielder Nathan Caruana minghand Sliema Wanderers. Bhala players godda li qed jilbsu l-flokk tas-Saints ghall-ewwel darba hemm il-midfielder Dylan Zarb ex-Valletta, il-midfielder Marc Barbara ex-Hamrun u Valleta  wkoll, il-midfielder Gary Inguanez ex-Vittoriosa, id-difensur/midfielder Luke Stivala ex-B’kara, id-difensuri Terrence Farrugia u Daniel Zahra minghand Hibernians, il-goalkeeper Ryan Cilia minghand Marsaxlokk. Ma’ dawn mistenni jizdiedu d-difensur Brendon Micallef ex-Vittoriosa u Leeroy Bonet ex-San Gwann u Clive Wait ex-St.George’s. Tajjeb li nsemmi l-players tal-club li jaghmlu l-kumplament tar-roza ta’ St.George’s fosthom il-captain Emanuel Sevasta, Christian Grech, Anthony Bonello, Emerson Amaira, Glenn Bonello, Sean Farrugia u Jonathan Bugeja. Skawdra li ghandha tkun sfidant ewlieni ghar-rebh tal-Promozzjoni.

Jien u shabi nemmnu fil-potenzjal ta’ dan it-team. Nemmnu li nistghu nkomplu nsahhu t-team bl-ingagg ta’ player ponta barranija. Dan ser inkunu qed naghmluh meta jkun il-waqt. Din is-sena dan il-club, l-ewwel club tal-football f’Malta, qed ifakkar il-120 sena mit-twaqqief tieghu. It-tama taghna hi li ninkurunaw dan il-perjodu bi stagun li jibqa’ imfakkar. Jien niehu l-okkazzjoni biex nirringrazzja lill-coach u lill-players kollha tas-sagrifficcji u l-pacenzja li jiehdu bija u bi shabi.

Advertisements

Responses

  1. J’Alla nsibu Sponsor ghax il lum il gurnata hija ferm dificli li tkampa minghajr sponsor.

    grazzi talli bqajtu zommu l-ewwel club Malti haj

  2. Inheggeg lis- supporters Bormlizi biex jghatu dik ix- xi haga zghira lil- klabb kull xahar. George Schembri (il- bafflu) qed jiehu hsieb li jigbor il- flus u ta’ dan tinghata ricevuta. Grazzi tas- support.

  3. Prosit lill kumitat ta lisforzi li ta kull sena jaghmlu biex izommu isem bormla fi lgholi. Ejjew issa min naha taghna nghinu bis support finanzjarju u fiziku taghna li ttim taghna. Forza Bormla!!! Ejja ha niccelebraw il 120 sena blaqwa mod posibli!!!


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: