Posted by: stgeorgesfc | May 18, 2010

Hsieb fuq l-istagun 2009/10


L-istagun 2009/10 kien wiehed impenjattiv hafna ghalina u inzerta ukoll fl- gheluq il-125 sena mit-twaqqif tal Club. Bhal kull team iehor l- jkun qieghed jipprepara ruhu ghal -istagun, il- Coach Joe Falzon beda jipprova jsib it-team ideali ghal l-istagun. Bi plajers godda u l-ohrajn tal Club beda it-training u sintendi l-frendlies. Wara bosta frendlies l-ahhar wahda ridna naghmluha kontra Marsaxlokk ghax konna nafu li huma kienu l-aktar team bsahtu u hrigna bl-iskor ta 4-4, fejn ahna hsibna li konna lesti ghalkemm bil limitazzjonijiet kollha li kelna.

Waslet in KO, u morna tajjeb ghax irbahna il grup. Ma l-ewwel loghba tal league hadna l-ewwel telfa kontra Balzan li konna kemm irbahnilhom fin-KO,meta hsibna li konna lesti waslet ukoll it-tieni telfa kontra Vittoriosa li tawna tkaxkira. Hawn bdejna nharsu lejn it-team taghna minn barra biex naraw kif nistghu nirrangaw is-sitwazzjoni, u studjajna s-sitwazzjoni sewwa u bdilna l-istil ta loghob li konna bdejna bih u xi pozizzjonijiet ta xi players biex it-team jibda jinfunzjona ahjar. Il-hsieb taghna kien wiehed ,dak lit-team taghna nzommuh fil-first, u ukoll li matul l-istagun indahhlu element zaghzugh fit-team biex nharsu lejn il-futur. Mat-team dahhalna xejn inqas minn seba players miz-zaghzagh taghna, li sfortunatament dawn ma kellhomx pacenzja u uhud minnhom iddecidew li ma jigux aktar. Il-hsieb kien li dawn jigu uzati matul l-istagun.

Wara dak it-taqlib kollu kontra Mosta ix-xoghol beda jaghti il-frott ghax it-team wera sinjali ta progress, u minn hemm il-quddiem il-loghob beda gej , u beda gej ir-rebh ukoll akkumpanjat ma loghob sabieh u effettiv. Ma l-ahhar loghba ta l-ewwel rawnd kontra Marsaxlokk it-team kien fil massimu tieghu, u b loghob sabieh u inteligenti akwistajna rebha. Fil bidu tat-tieni rawnd kontra Balzan ergajna tlifna, dan kien l-uniku team li rebhilna darbtejn, imma bhala loghob konna tajbin.

Ghat tieni loghba kontra il-girin taghna Vittoriosa, konna ilna nippreparaw u konna nafu fejn hija id-djufija taghhom,ghalekk ghal din il-loghba it-team taghna hareg izjed seren, nehhejna il-pika minn quddiem ghajnejna, u hrigna nilghabu bhal dejjem kontra timijiet ohra, ghax ahna konna perswazi li konna kapaci nerbhu, u ghalekk nehhejna il-pika ghax din kienet kontra taghna, ghal din il-loghba laghbna b mohhna u mhux b qalbna. Hrigna rebbieha u ferrahna lil Bormlizi kollha wara hafna snin. Imma ahna xorta konna nafu li ahna mahniex team li nistghu niccalingjaw ghal promozzjoni, ghalekk bdejna nahsbu biex nibdew indahhlu ftit ftit l-element zaghzugh taghna.

Dan ma stajniex naghmluh f daqqa ghax it-timijiet kienu hafna qrib xulxin fil-punti. Il-kumplament ta l-istagun kien wiehed sodisfacenti ghalina ghax il hsieb taghna lhaqnieh, talli li spiccajna fir-raba post, u xorta wasalna sal-Finali tan KO,kontra ic-Champions Marsaxlokk. Sfortunatament ahna tlifna din il-loghba 1-0 imma kienet loghba missilta u li ahna ppruvajna li nerhbu. Ghalkemm it-team hareg tellief xorta ta loghba tajba u loghba ta Finalista, fejn is-Support Bormliz xorta wera l-apprezzament tieghu lejn it-team billi fi tmiem il-partita qam bil-wieqfa japlawdi lit-team. Minn hawn nixtieq nghejd grazzi lil Players kollha,lil Coach Joe Falzon, lil Kumitat, u lis Supporters Bormlizi kollha.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: