Posted by: stgeorgesfc | May 12, 2010

Nispiccaw Runners Up fin-KO ta’ l-Ewwel Divizjoni


BRMLA_VS Hin: 7.00 p.m.

Data: 14 ta Mejju

Post: Hibs Stadium

Skor: 0 – 1


Fil-Hibs Grawnd Marsaxlokk rebhu in KO ta l-ewwel Divizjoni kontra St Georges bl-iskor ta 1-0. Kif kien mistenni din il-loghba kienet sejra tkun wahda kumbattuta ghax iz-zewg timijiet kapaci jilghabu futbol sabih.

Mal ftuh Marsaxlokk hadu l-inizzjattiva tal-loghob f idejhom, fejn ma l-ewwel azzjoni W Caminzuli gieghel lil T Galea fil lasti Bormliza jaghmel l-ewwel sejv tal partita billi dawwar f korner. Mil listess azzjoni tal-korner T Galea rega waqqaf din l-azzjoni mejun mill-lasti. St Georges malajr irkupraw minn din il hasda u bdew jaqsmu il-loghob ma l-avversarji, tant li fil- 21 minuta St Georges setghtu marru fil vantagg wara li T Ewurun qassam il-ballun lejn S Sciberras li minn qaghda tajba tefa il-ballun barra.

St Georges komplew jinsistu u jippressaw lix-Xlukkajri f arja taghhom fejn minn pass tajjeb ta J Dalli lejn G Bonello bdan ta l-ahhar ifalli l-mira bi ftit. Fit- tieni taqsima il-loghob baqa maqsum u movimentat bhal l-ewwel taqsima, fejn attakk ta Marsaxlokk C Brincat ra d-daqqa ta ras tieghu taghddi barra ghal ftit. Riposta immedjata ta St Georges minn xutt ta G Bonello ghadda ftit gholi mill-lasti Xlukkajri.

Id-differenza bejn iz-zewg Finalisti wasal meta fil-55 minuta, meta Marsaxlokk marru fil-vantagg u li kellu jkun il-gowl tas success ghat-team Xlukkajr meta minn azzjoni personali , William Caminzuli gheleb lil T Galea fil-lasti Bormliza minn xutt minn tarf il-kaxxa. Marsaxlokk ghal ftit mardubbjawx meta minn nuqqas ta ftehim bejn T Galea u T Bonello b ta l-ahhar itajjar il-ballun li habat ma sieq il-lasti b fortuna ghat team Bormliz li ma sab lil hadd li jitfa f xibka vojta wara lil-ballun qasam minn fuq il-linja fatali.

St Georges komplew jippressaw ghal gowl tad-dro meta fis-86 minuta freekick moghti minn G Mallia gieghel lil gowlkeeper Xlukkajr jaghmel sejv tajjeb biex salva ir-rizultat favur Marsaxlokk. It-Trofej gie npprezentat lit-team Xlukkajr mill-Vici President ta l MFA fost l-applaws tas-supporters presenti.

Advertisements

Responses

  1. come on blues

  2. ejja ha ngibu tazza blues!!!

  3. Nahseb li kollox ma’ kollox kien stagun tajjeb. Mil-ewwel kont tal-fehema li kemm Marsaxlokk u kif wkoll il-Birgu kellhom l-ingredjenti (inkluz il-finanzjament neccesserju) kollha sabiex ikunu huma li jitilaw. Ahna urejna mumenti tajbin hafna, sfortunatament kien hemm mumenti ta’ dizappunt wkoll. Imma dak hu il-futbol! Ma nistax ninsa il-loghba kontra il-Birgu, ovja hux? x’ma tifrahx ? ………. insomma, grazzi lill-Kumitat kollhu, specjalment lill-Chris izda mhux biss, lill-plejers li naf li ghamlu dak kollhu possibli, lill-Coach kif wkoll lis-Support kollhu Bormliz. Bhala sportiv Bormliz niextiq nawgura stagun tajjeb fil-premjer lill-Birgu (ghalkemm jibqaw l-avversarji tieghi sportivament)kif wkoll lill-Marsaxlokk, Grazzi ta’ kollox ….. VIVA Is-St St Georges viva Bormla …..

  4. Jien nemmen li kieku ma kienx hemm marsa xlokk u birgu kieku ahna tlajna premier ma nixtiqx naqla polemiki il- verita hija li dawn thallew jilghabu b’ team superjuri fuq it- timijiet kollha tal- ewwel divizjoni. Nahseb hemm mistoqsija li wiehed irid jaghmel kemm huwa minnu il- president attwali tal- mfa mexa fuq l- ghajta li tela’ bija kontra il- korruzzjoni?? Jien inkompli nghid li team tghana kien u ghadu vittma ta’ dak li gara ghax din is- sena anki ic- cans tal- promozzjoni tnehhilna il- ghaliex just il- board bla sinsla li kien imqabbad jinvestiga il- kaz tal- korruzzjoni ghogbu jwaqqa dawn it- timijiet fl- ewwel divizjoni u taghhom rigal ukoll ghax baqu jilghabu bi players tal- premier. issa li waslet elezzjoni ohra ta’ min ikun il- president tal- mfa . nghid ma nistux inhallu il- futbol malti minn bniedem li jghid li jiggiled il- korruzzjoni bil- paroli u bil- fatti jkollna ir- rizultati fjakki u ingusti ma min huwa zghir bhalna bhall- ma gralna sena l ohra


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: