Posted by: stgeorgesfc | April 20, 2010

Loghba ecitanti sa l-ahhar minuta


BRMLA_VS Hin: 2.30 p.m.

Data: 25 ta April

Post: Tedesco Stadium

Skor: 3 – 3


Fil-Victor Tedesco Hamrun, St Georges u St Patricks ltaghqu f konfront fejn l-iskor spicca 3-3.  St Patricks riedu rebha minn din il-loghba biex jibqu bic-cans li jsalvaw mir-relegation.

Fil bidu tal- partita St Patricks urew l intenzjoni taghhom ghax mas-suffara ntefghu mill-ewwel fuq l-attakk. Minn naha Bormliza dawn ma kellhomx risposta ghal loghob taz Zabbarin li ghal hin twil rajnihom jiddominaw il-loghob. Ghalkemm iddominaw il-loghob kellhom jistennew sal- 41 minuta biex jiskurjaw meta S Zerafa sab ix-xibka Bormliza b daqqa ta ras stupenda fejn ma ta l-ebda cans lil gowlkeeper Bormliz jsalva. Fil-hin mizjud ta l-ewwel taqsima, l-attakkant barrani ta St Patricks D Milovanovic ikkonkluda fil-lasti Bormliza xutt fil baxx wara azzjoni personali, biex ghamel l-iskor jaqra 2-0.

Anthony Ewurun jaqbez player ta St. Patricks

Ghat-tieni taqsima St Georges hargu izjed organizzati, biex ma l-ewwel attakk fil- 51 minuta C Ciappara ghamel l-iskor 2-1 minn daqqa ta ras mil vicin. Il-loghob issa gie maqsum bejn iz-zewg timijiet u beda jintlghab loghob pjacevoli, biex fis-67 minuta St Patricks regu skurjaw it-tielet gowl taghhom min S Dimech wara zball fid-difiza Bormliza, fejn avvanza wahdu u ma ta l-ebda cans lil gowlkeepr Bormliz T Galea jsalva. Il-partita kompliet tkun movimentata, fejn T Galea fil lasti Bormliza kellu jaghmel zewg saves difficli fuq l-attakkanti Zabbarin.

St Georges regghu dahlu fil-partita meta fis-76 minuta J Dalli ghamel l-iskor 3-2 b daqqa ta ras  wara kross ta T Ewurun. Hawn kollox kien mirbuh u mitluf, biex fil-hin mizjud St Georges ghamlu l-iskor indaqs minn E Amaira 3-3 biex b’hekk baghatu lit-team Zabbari iddizzapuntat ghax din ir rebha kienet tpoggijhom b cans tajjeb biex isalvaw.

Advertisements

Responses

  1. Kif jinghad fil-hsieb ghall-loghba ta’ nhar il-Hadd, it-team taghna ghandu loghba ohra li nistghu nsejhulha ‘tricky’. Ser nilghabu kontra team li jrid il-punti, ghalkemm jista’ ikun li rebha ma’ tsiwih ghal xejn. Anke ahna ghandna bzonn il-punti, u dan sabiex it-team li ser jilghab Premier ma’ M’Xlokk jigi deciz mhux qabel l-ahhar loghba. Ahna rridu nirreagixxu wara t-telfa mhux mistenni li soffrejna kontra pieta. Jien mill-bidu emmint f’dan it-team, u ghagni nemmen li fil-football kollox hu possibbli. Ma’ ninsewx ukoll li 3 gimghat ohra ghandna s-semifinali kontra l-istess St.Patricks. keep it up Boys.

  2. Hekk hu, kif qal Chris, loghba daqsxejn delikata. Fuq il-karta ahna nidru ahjar imma kullhadd jaf kif inhu il-futbol. Kurrag lill-kulhadd u j’Alla niehdu pjacir u naghmlu pass iehor il-quddiem !…

  3. Fuq il-website http://www.maltafootball.com kien hemm post minn LONZA fejn fost affarijiet ohra gie ikkwotat il-proverbju ingliz. TO ERR IS HUMAN, TO PERSIST IN ERROR IS DIABOLICAL. Jekk qed nifhem sew dan il-messagg qed nahseb li min zbalja baqa’ ghaddej. Jiena f’isem is-ST.GEORGE’S nassigura lis-supporters taghna li dak li ingibu ahna fil-ground huwa BISS bis-sahha tal-onesta’ tal-players taghna. GHAL HADDIEHOR MA NAHLIFX!

  4. come on blues u kuragg nibqu nigildu sa l-ahhar kollox hu possibli

  5. Il-lum it-team taghna St Georges laghbna kontra St Patricks fejn l-iskor kien ta 3-3. Din kienet partita li l-izjed kienet tinteressa lil St Patricks ghax rebha kienet tpoggijhom bic-cans ghas salvazzjoni. Partita li tista tghejd li kien fija ftit minn kollox. Ghal minn ma kienx jinteressah kienet partita sabieha ghax kien fija sitt gowls. Fit-team taghna laghbu xi players zghar biex jigu premjati ghal stagun li kienu ilhom jinzlu fuq il-bank tas-sostituti.

  6. jekk toqod tqis kollox ma kollox dan kien stagun sodisfacenti fejn wara bidu tajjeb fin K.O kelna lewwel loghob tal league ma morniex tajjeb u konna lejn lahar postijiet tal klasifika imbad it team beda jirkupra u sahansitra kien hemm zmien fejn konna sfidanti ghal promozjoni fejn zamejna l kampjonat incert sa l ahhar sakemm hadna dawk iz zewg telfiet mal Mosta u Pieta ghalekk meta tqies li konna l uniku team minghajr Sponsor grazzi ghal onesta’ tal plejers , kumitat, coach flimkien ma Turu u l min ta l-ghajnuna, supporters ghalaqna l 120 sena sodisfatti.

  7. Kif dejjem ghidt. Dan kien stagun verament sodisfacenti meta tqis kollox. Pero jibqa l-fatt li fl-ahhar twebbilna b’xi haga li ma sehhitx. Baqa’ il-loghob tan-K.O. u nappella lil kulhadd biex nibqghu serji sal-ahhar. Rigward il-kummenti li jghaddi haddiehor fuq siti ohra biex jipprova ihammeg lilna, jien ninsab cert li l-poplu ta’ Malta u Ghawdex u anke d-dinja kollha, jafu min hu mahmug u min wara kollox inqabad!

  8. Proset li team kollu lil kumitat u kull minn kellu x’ jaqsam biex it- team wasal fejn wasal. Meta tqis li bdejna l- ahhar u spiccajna nikkompetu ma zewg timijiet tal- premier u ma hal- balzan!! Erbahna li zewg timijiet tal- premier u rivali taghna l- birgu ghadna kompettitivi fil- ko ukoll. Kuragg l- ahhar sforz halli nirbhu din it- tazza ukoll u nkunu ghalaqna dan l- istagun sodisfatti

  9. Jien ukoll nixtieq naghmel ftit kummenti issa li qed noqorbu lejn l-ahhar tal-istagun. Nghid b’wicci mill-quddiem li kien stagun mill-isbah ghat-team taghna. Mill-bidu nett ipprevedejna li kien ser ikun hemm 2 teamijiet ikkwotati aktar mit-teamijiet l-ohra. Ahna rnexxilna nirbhulhom it-tnejn u tajna sfida sal-ahhar tal-kampjonat.

    Bhala President nixtieq nghid prosit u grazzi lill-coach u l-players tal-istagun sabih li tawna. Grazzi lil dawk shabi li mpenjaw ruhu f’hidma volontarja sabiex dan il-lcub zghir mhux biss jibqa’ fl-Ewwel Divizjoni, izda addiritura jiccalingja ghall-Promotion. Grazzi lis-supporters ghas-support kontinwu li taw il-lcub.

    Issa jmiss l-ahhar loghba kontra M’xlokk, u imbaghad nilghabu kontra St.Patrick fis-semifinali. jien cert li mhux ser inhallu din l-okkazzjoni tahirbilna sabiex nergghu niltaqghu kontra M’xlokk fil-Finali.

    Imbaghad naghlqu l-istagun u nharsu l’quddiem biex b’hidma matul dan is-sajf naghlqu l-kotba u nissettiljaw mal-grupp mill-isbah li kellna matul dan l-istagun. Infakkar ukoll li ghaddejjin bil-ktejjeb u min jista’ jghin b’xi reklam, napprezza’ hafna dik l-ghajnuna.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: