Posted by: stgeorgesfc | March 25, 2010

Pass importanti ghall-promozzjoni


BRMLA_VS Hin: 2.00 p.m.

Data: 28 ta Marzu

Post: Tedesco Stadium

Skor: 3 – 0


St Georges ghamlu id- “double” fuq Melita wara li ghelbuwhom bl- iskor ta 3-0. Kif kien mistenni, it-team ta St Georges hareg ghal din il-loghba biex jigbor it-tliet punti.

Ghalkem il-Bormlizi hargu determinati ghall-punti, kienu Melita li holqu l-ewwel cans ta skor, meta wara biss tliet minuti loghob laqtu il-lasti minn tentattiv ta N Baldacchino Orland. Wara din l-azzjoni it-team Bormliz issetilja malajr u bdejna naraw dak il-loghob tas-soltu lit-team bormliz jaf jipproduci. It team tas St Georges kien insidjuz hafna wara dak il-ballun mal-lasti, izda wara 24 minuta loghob, mar fil vantagg minn J Dalli li ikkonkluda fil lasti, b’xutt bid-dawra wara kross tajjeb minn siehbu C Grech. Ftit minuti wara St Georges regghu setghu kabbru l-iskor meta xutt ta A Ewurun gie milquh mil gowlkeeper M Cachia. Melita kellhom il-mumenti taghhom meta xutt ta Orlando deher destinat ghal gewwa, izda il-ballun gie maqlugh minn fuq il-linja fatali minn E Sevasta. It-team Bormliz kompla jinsisti ghal gowl biex fl-40 minuta kien G Bonello li pogga lit-team fil vantagg b xutt mill-ewwel wara pass minn siehbu fit-team J Dalli.

Fit-tieni taqsima it-team Bormliz kompla fejn halla biex fis-47 minuta kien E Amaira li ra d-daqqa ta ras tieghu taddi ftit barra. StGeorges baqghu jamministraw il-loghob, izda ghal darba ohra kellu jkun E Sevasta li ghat-tieni darba jaqla il-ballun minn fuq il linja, bil-gowlkeeper Bormliz T Galea meghlub. Ir-reazzjoni Bormliza kienet immeddjata fejn fl-ahhar hinijiet tal-partita S Sciberras gie mwaqqa fil-kaxxa mill-gowlkeeper K Zahra, fejn anke gie muri il-karta il-hamra. Mill-hdax il-metru T Ewurun ma zbaljax biex ghamel l-iskor jaqra 3-0 favur it-team tas-St Georges, li wara din ir-rebha regghu telghu jaqsmu t-tieni post tal klassifika flimkien ma Balzan.

Advertisements

Responses

  1. Kif jghid r-rapport ghall-loghba kontra Melita, t-team taghna ghadu gej minn telfa kontra Mosta. Li titlef qatt ma’ hu sabih. Izda imbaghad hemm mod u mod kif titlef. Kellna loghba fejn stajna ghalaqaniha wara li gibna d-draw. Izda x-xorti ma’ kienetx maghna. Imbaghad bi ftit traskuragni, qlajna tlett goals fi ftit minuti. Izda niehu gost li l-moral tal-players u anke tieghi u ta’ shabi ghadu gholi. Kif jista’ ma’ ikunx meta kellna stagun bhal dan. Stagun fejn ftit tal-gimghat ilu konna fl-ahhar postijiet, u illum ghadna niccalingjaw ghall-Promotion.

    Jien sodissfatt bil-wirjiet li taw il-players, izda b’saqajna mal-art ser nibqghu sal-ahhar niggieldu biex nirbhu kull loghba.

    Hbieb tieghi, waslet il-festa tal-Ghid, li ghalina hija festa kbira wara l-festa. J’Alla li dakinhar inkunu fit-tieni post b’rebha mal-Melita, u dan ghax il-loghba tat-Tnejn bejn M’Xlokk u Vittoriosa giet mmexxijja ghal wara l-Ghid. Jien ser nerga’ nappella lis-supporters sabiex jaghtu donazzjoni lill-club. Fl-Ghid ukoll ser ikun hemm ufficcjali tal-club, li ser ikunu qed iduru fuq il-hafna Bormlizi li jigu jarawna fil-festi, sabiex jaghtu donazzjoni lill-club.

    GRAZZI LIL KULHADD U L-GHID IT-TAJJEB.

  2. well done blues

  3. Il-lum it-team taghna St Georges laghab kontra Melita u hareg rebbieh bli-skor ta 3-0. Kienet partita tajba fejn anke stajna hrigna rebbieha bi-skor akbar. Ghamilna pass iehor importanti fil- klassifika fejn issa ghandna 28 punt u qeghdin nokkupaw it-tieni post ma Balzan. Nixtieq naghti prosit lit-team kollu. Grazzi talli qeghdin taghtuna pjacir.

  4. Chris Agius: Kif jaf kulhadd, dan it-team huwa wiehed mill-unici
    minghajr sponsor. Dan minkejja l-fatt li habbatna ma’ nafx kemm il-bieb u
    sibnihom kollha maghluqa. Possibbli ma’ hawnx Bormliz sod, meta 50 sena
    ilu kienet l-akbar centru kummercjali ta’ pajjizna.

    Minkejja dan
    l-izvantagg, il-club ghandu x-xorti li jipposj…edi grupp ta’ players li
    ma’ JAGHMLUX bihom il-flus. Jien u shabi tlaqna f’kumpanja ta’ gbir. Iva
    qed immorru ghand kulhadd u bil-persistenza taghna, dak li ma’ gibniex
    bi sposnor, ser ingibuh minghand il-hafna qlub tajna Bormlizi.

    Min
    jixtieq jghin f’din il-kampanja jikkuntattja lili jew lil shabi jew
    permezz tal-PAYPAL. Kull donazzjoni tkun apprezzata u tinghata ricevuta
    minghandi ghal kull donazzjoni

    St.George’s fc Paypal Donation

    https://www.paypal.com/cgi-bin/webscr?cmd=_s-xclick&hosted_button_id=B65VWD27V2C4U


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: