Posted by: stgeorgesfc | January 26, 2010

Rebha importantissima ohra b’wirja impekkabli!


BRMLA_VS Hin: 3.30 p.m.

Data: 30 ta Jannar

Post: Tedesco Stadium

Skor: 6 – 1


Fil Victor Tedesco St Georges hadu it-tielet rebha konsekuttiva meta rebhu bl-iskor kbir ta 6-1 kontra St Patricks. F’din il-loghba St Georges urew is-supremazija taghhom fuq it-team Zabbari. Mill bidu tal partita it-team ta Bormla wera li kien ippreparat sewwa, infatti mal-ewwel tlett minuti fethu l-iskor minn Toni Ewurun. Dan kien is-sinjal li St Georges kienu sejrin juzaw l-arma taghhom ta loghob veloci. Kull darba lit-team Bormliz kien fil pusses tal ballun, dejjem kien ta periklu serju ghat-team Zabbari.

Fi 23 minuta gew moghtija penalty li minnu Glen Bonello ra lil goalkeeper Zabbari S. Mintoff isalva. St Georges kienu tajbin wisq f kull settur biex b hekk urew li kienu Team fi klassi ghalih. Sa l-ewwel taqsima it-team Bormliz kien diga 3-0, goals skurjati minn Toni Ewurun (2) u Josef Dalli (Gulu) (1).

Fit-tieni taqsima St Georges regghu hargu bl-istess ritmu ta loghob biex fit-52 minuta xutt mil l-isbah ta Glen Bonello ma ta l-ebda cans lil goalkeeper Zabbari jsalva. Wara dan il goal b nuqqas ta attenzjoni fid difiza Bormliza ippermettit lil D. Milovanovic (68minuta) jiskorja ghat team Zabbari. Wara dan il-goal St Georges regu hadu ir-ritmu tal loghob u skurjaw darbtejn ohra minn Toni Ewurun (77 minuta) biex ghaqqad hat trick u iehor minn Josef Dalli (Gulu) 79minuta biex ghaqqad id-doppjetta personali tieghu. Bormla kellhom fejn izidu izjed meta xutt sabieh tas -sostitut J. Bugeja stampa mal-lasti. Wara dan ir-rizultat Bormla issa jinsabu b 13 il-punt ma Balzan Y, erba inqas minn Vittoriosa S u hamsa taht Marsaxlokk.

Advertisements

Responses

  1. ejja ha nkomplu fit triq ta rebh kuragg bluesss !!!!!!!!!!

  2. Nixtieq nibda biex nghid prosit lill-players u lill-coach ghar-rizultati posittivi miksuba fl-ahhar loghbiet. Mhux biss prosit, izda grazzi tal-impenn u s-sagrificcji. Dan minkejja n-nuqqasijiet tieghi u ta’ shabi. Ahna mill-bidu nett emmina fil-potenzjal ta’ dan it-team taht it-tmexxija tal-coach Joey Falzon.

    Din il-loghba hija importanti mhux hazin ghalina. Rebha tressaqna aktar lejn il-parti ta’ fuq tal-klassifika, u jien konvint li nistghu naghmluha. KURAGG

  3. Kif qal Christ, prosit tassew. L-aktar haga b’sahhieta fit-tim taghna hija l-organizzazjoni u id-dixxiplina tal-plejers, dan huwa mertu ta’ Joey Falzon. Ovja, it-tim ghandu il-kapacita li jwettaq dak li coach jitlob. Kurrag u koncentrazzjoni ghal-loghba li jmiss u ir-rizultat jigi zgur! ………. Forza Blues !

  4. ejja ghal kontra M’xlokk. KURAGG

  5. well done blues rebha kbira ohra proset lil coach u lil players kollha


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: