Posted by: stgeorgesfc | December 17, 2009

Is-Saints jitilfu kontra Mqabba FC


BRMLA_VS Hin: 3.30 p.m.

Data: 19 ta Dicembru

Post: Tedesco Stadium

Skor: 1-2


Mqabba kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil St. George’s biex bit-tliet punti miksuba anke qabżuhom fil-klas sifika. Min-naħa l-oħra għal St. George’s, din kienet it-tielet telfa minn erba’ partiti s’issa fil-kampjonat.

Mqabba ħarġu aħjar mill-avversarji tagħhom u wara li xutt minn barra l-kaxxa ta’ Patrick Borg ġie salvat minn Thomas Galea, fit-13-il minuta huma marru fil-vantaġġ meta Shawn Magro qassam lejn JOHN PAUL MUSCAT u dan ikkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx. Mqabba komplew jinsistu u fl-20 minuta Vilson Causchi falla ċans faċli meta xxuttja għoli minn taħt il-lasta. Mal-ħin St. George’s bdew jaqsmu l-logħob u fit-33 minuta xutt minn qagħ da angolata ta’ Christian Grech ġie salvat minn Kris Calleja biex ftit wara huma kienu għod dhom għamlu l-iskor indaqs iżda daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Benoir Fenech ġiet imxellfa minn difensur u l-ballun spiċċa ftit barra.

Wara l-mistrieħ St. George’s ħarġu aktar aggressivi u fil-50 minuta daqqa ta’ ras ta’ Chris Ciappara wara cross ta’ Anthony Ewurum ġiet salvata parzjalment minn Kris Calleja u mir-rebound ix-xutt fil-baxx ta’ Glenn Bonello ġie salvat mill-istess gowlkiper. Madankollu fit-62 minuta kienu Mqabba li rdoppjaw meta wara azzjoni personali li fiha qabeż żewġ difensuri CLAUDIO CALLEJA għeleb lil Thomas Galea b’xutt għar-rokna minn pożizzjoni an golata. Wara dan il-gowl, il-logħ ba naqqset mir-ritmu u għalkemm St. George’s ippruvaw jwettqu reazzjoni Mqabba dehru jikkontrollaw bla wisq diffikultà sakemm fil-81 minuta t-tim mill-Kottonera rnexxielu jnaqqas l-iskor meta JOSEPH DALLI għeleb lil Kris Calleja wara cross ta’ Anthony Ewurum.

Advertisements

Responses

  1. ejja blues ha niprovaw ingibu 2 rebha


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: