Posted by: stgeorgesfc | November 25, 2009

It-tieni telfa konsekuttiva ghas-Saints


Avviz

Vittoriosa Stars laħqu lil Mosta fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi minn żewġ logħbiet wara li rebhu lil St. George’s bl-iskor ta’ 5-0.

Vittoriosa fetħu l-iskor kmieni fil-partita biex minn hemm ‘il quddiem ma ħarsux lura. Min-naħa l-oħra St. George’s iddiżappuntaw fejn din kienet it-tieni telfa konsekuttiva.

Vittoriosa ma setax kellhom bidu aħjar għax wara biss żewġ minuti huma fetħu l-iskor meta xutt ta’ Beppe Muscat wara azzjoni bejnu u Henry Makinwa ġie mblukkat mid-difiża, il-ballun wasal f’saqajn CLAYTON MICALLEF li b’xutt mill-ewwel spara fix-xibka.

St. George’s dehru maħsuda, tant, li fl-14-il minuta Vittoriosa rduppjaw meta Clayton Micallef qassam lejn LEONTIN CHITESCU li b’xutt minn tarf il-kaxxa għeleb lil Thomas Galea. St. George’s ippruvaw jagħmlu reazzjoni u ftit wara xutt minn barra l-kaxxa ta’ Glenn Bonello ġie salvat minn Henry Bonello.

Fit-23 minuta reġgħu kienu Vittoriosa li resqu viċin meta xutt ta’ Henry Makinwa ġie salvat mill-goalkeeper tas-Saints. Fil-35 minuta, it-tim imexxi minn Winston Muscat żied gowl ieħor meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Johann Spiteri ġie salvat parzjalment minn Thomas Galea u mir-rebound CLAYTON MICALLEF tefa’ fix-xibka.

It-tieni taqsima bdiet fuq nota kwieta sakemm f’temp ta’ minuta bejn it-62 u t-63 minuta Vittoriosa żiedu żewġ goals oħra. Fil-fatt fit-62 minuta Clay­ton Micallef zmarka lis-sostitut MICHAEL BORG OLIVIER u dan b’xutt fil-baxx għeleb lil Thomas Galea. Minuta biss wara Vittoriosa reġgħu sabu x-xibka avversarja meta wara azzjoni bejn Leontin Chitescu u Clayton Micallef, BEPPE MUSCAT ikkonkluda fix-xibka mill-viċin.

Tliet minuti wara St. George’s kienu sfortunati li ma naqqsux l-iskor meta xutt ta’ Joseph Dalli ġie miżmum mill-mimduda u mir-rebound ix-xutt ta’ Anthony Ewurum ġie salvat minn Henry Bonello. Wara dan il-gowl il-logħba naqqset mir-ritmu biex sat-tmiem l-iskor baqa’ma nbidilx.

Advertisements

Responses

  1. ma jimpurtax fejn nigghu fit -table.ahna konnha,ghadna u nibqghu l-aqwa team.u anki l-ewwel team ghax minghajrnha ma jkunx ghawn football f’malta.

  2. COME ON BLUES HALLI NIRBHU! – DAWN IL-BOLOH TA’BIRGU ILHOM JIRBHULNA IMMA ISSA AHNA IMISS U IRRIDU BILFORS NOHORGU MILL-GROUND FERHANIN LI IRBAHNA LIL-BIRGU!
    FORZA ST.GEORGE’S – BORMLA KOLLA WARAJKOM!

  3. mux qed naffrontawa tajjeb din l loba,u sippost t turning point ta l istagun.plejers ftit trenjaw,gili konna 8.l kumitat ftit deher.problemi ta finanzi kbar.nispera li nelbu dankollu.ejja ha nqumu al okkazjoni

  4. Nixtieq nirrispondi lil dan Christian. Li qed jghid li rridu naffrontawha tajjeb din loghba hu fatt, kif suppost naffrontaw kull loghba u mhux din il-loghba biss. Rigward training, ma nistax nifhem kif qed jghid li gieli kienu 8. Jien tlajt 3 darbiet din il-gimgha, minn 4 li trenjajna,u kien hemm kulhadd minbarra dawk li kienu ma’ jifilhux. Illum stess,il-Gimgha,kien hemm 16 minn 18 il-player.U dwar
    l-problemi kbar. Jidher li dan jaf hafna affarijiet . Problemi ta’ finanzi kull klabb ghandu, inkluz ahna. Pero tajjeb ikun jaf li kll min xi darba laghab ma’ Bormla, jaf li ma’ Bormla dejjem thallas dak li hu tieghu, ghalkemm vera f’hafna kazi xi ftit tard. U min ikollu jiehu,dawk garantiti. Naccertah ukoll li dak li kellna pjanat dwar ghajnuna finanzjarja, ghadu hemm.
    U jekk dan jaf daqshekk fuq is-sitwazzjoni tal-club, kif qed jghid hu, u jrid li naffrontawha aktar bis-serjeta, x’inhi r-raguni li dawn l-affarijiet jitperrcu hawn. Dwar il-kumitat, nghidlu li vera hemm nuqqas minn xi uhud, imma nassigura lil kulhadd li hemm hafna qed jaghtu l-hin liberu taghhom volontarjament ghall-club, u dan meta haddiehor il-hin liberu jserfu fi flus.

  5. U billi jitla il-kumitat jara it-training, mhux il-players se jkunu fil-ground? Meta kien hemm kumitat li hadem hafna, xorta kien players li hadmu kontra, u tefu lit-team f’bahar ta inkwiet kbir li ghadu ma hariegx minnhom. irridu lura lis-supporters li tlifna u b’rebha biss nistu naghmlu dan. Ghaziz Christian dan mhux paroli li tghidu qabel id-derby. Kuragg lil dawk il-players li se jghattu iktar min 100% waqt il-loghba kontra il-Birgu.

  6. Jien nahseb li ghall- okkazzjoni il- players iridu jqumu u hadd izjed supporter jaghti il- flus meta it- team tieghu jirbah nipretendu li wara daqstant loghobiet mal- girien tasal ir- rebha mistennija b’ hekk biss tinkoragixxu lis- supporters idahlu idejom fil- but u jaghtu apparti minn hekk ahna team zghir kullhadd jaf li ahna team zghir u l- uniku dhul taghna huwa mill- attivitajiet li naghmlu kull player jaf b’ din is- sitwazzjoni pero team ta’ bla flus u wasalna fejn haddiehor wasal imma reggha lura malajr fejn kien 🙂 ahna ghamilna stagun shih u qtajna figura tajba kif qal il- president kullhadd jithallas anki xi ftit tard

  7. Immiskhom tisthu ja qatta mercenarji. Ma tisthux turu wicckom mal-Bormlizi? Tinzlu fil ground biex tilghabu il-fotball u mhux tharsu lejhom. Mhux ta b’xejn is-supporters kwazi kollha abbandunawkhom. Dil gimgha qlajtu il paroli biex tithallsu ghax kien hemm id-derby? Sinjal li min beda jparla fuq il flus ghandhu mottivi ulterjuri. Tal misthija. Nithassar lil dawk l-erba mgienen li jibqu mal club.

  8. M’ hemmx wiehed x’ jghid wara din il- loghoba hadd m’ huwa bahnan u iblah u sommom kullhadd jaf jaghmilom f’ team ikollok players tal- lokal li jghatu qalbom pero mhux kullhadd u jekk ha nibqu b’ dan it- team il- birgu m’ ahna ha nirbhulom qatt!!. Xi hadd irid jerfa ir- responsabilta ta’ din it- telfa u dawk il- players li m’ humiex lesti jonoraw il- flokk li qed jilbsu jistu jaqbdu u jmorru ma clubs ohra b’ hekk jew hekk niehdu xi haga tal- flus taghhom ftit il- fuq isemmew il- pagamenti cuc ikun il- kumitat jekk itikom il- pagamenti il- hazin huwa li mal- ftit hziena li qed ja….u team jehel it- tajjeb pero irridu nhaddmu mohhna APPELL LIL KUMITAT ZGUR LI BHALNA TARAW U TINDUNAW LIEMA HUMA DAWK IL- PLAYERS LI TA’ KULL DARBA QED JAGHMLUWILNA JEW INHALLUWOM FUQ IL- BANKINA JEW NIBATUWOM MA CLUBS OHRA M’ GHADNIEX X NAMBUWOM MAGHNA FTAKRU LI DAN HUWA TEAM TA’ SUPPORTERS KIF TRIDU SUPPORTER IKOLLU FIDUCJA U JDAHHAL IDU FIL- BUT LI MILL FTIT LI JISTA JATIH BIEX JGHIN LIL CLUB UMBAD NARAW DAWN L- OXXENITAJIET F’ WICCNA IDEJJAQNA DAQSHEKK AHSBU GHALL- FUTUR TAL- CLUB GHAX B CERTI PLAYERS B CERTU PAGAMENTI U M’ AHNA HA NIEHDU XEJN SE NKOMPLU NIGGRAVAW IS- SITWAZZJONI TAL- CLUB JILGHABU IL- MINORS JEKK HEMM BZONN NIPREFERI NITILFU GHAX M’ GHADNIEX TEAM MILLI NITLEF GHAX JA….

  9. sakemm ma jkolniex lil xi pampalun jimpala l flus nistu ninsewa li xi darba nirbhu li girbien ghandhom pampalun li halef li sakemm ikun hemm hu ma nirbhulhom qatt

  10. kulhadd andu tort ta din t telfa.hadd ma jista jippunta subajh lejn hadd.l flus mandomx xjaqsmu fl loba bhal din.fl oppinjoni mizera tieghi bdejna formazjoni hazina,qlajna goal kmieni u tlifna l fiducja kolla.

  11. Ma ridtx niponta subaja lejn hadd, l ewwel nies jien ma kontx hemm u tieni kullhadd jista jkollu gurnata haziena ghax bl istess ragunar meta taghjna 5 lil pieta ghallura kien hemm il koruzjoni? biss jibqa l fatt li kull darba li nilghabu kontra l gierbin fejn qabel konna ninzlu b kuragg tal ljun u determinati li nirbhu min ftit ta zmien l-hawn (issa madux ftit)sirna ninzlu bla hegga ghalkemm fi loghba tan KO laghbna ahjar minghhom pero xorta xi haga maret hazin.
    semmejt li ghandhom pampalun li halef li sakemm ikun hemm hu ma nirbhulhom qatt ghax smajta min ghandhom stess.

  12. Dhalt naghti daqqa t’ghajn il-guestbook wara li smajt li kien hemm xi kummenti zejda.

    Qabel xejn nemmen li kullhadd, kull min hu mpenjat fil-club……player u tal-kumitat, jaghmel dan b’sagrificcju, u jkun jixtieq l-aqwa ghall-club tieghu. Xi hadd jahseb li hu gost taghna li niffurmaw parti minn kumitat ta’ team tal-footbal ? Mhux aktar facli mmorru naraw it-team jilghab, jitlef jew jerbah, ftit gdiedem u daqshekk. Imma jrid ikun hemm xi hadd li jerfa r-responsabbilita. U t-team irid jibqa’ jezisti, jigri x’jigri, nerbhu u ma’ nerbhux.

    Dwar din it-telfa…laghbna kontra team ppreparat ghall-Premier. Team li b’kull previzjoni ser ikun Premier sena ohra. Din hi r-realta li hadd ma’ jista’ imeri.

    Kemm hu facli tpacpac fil-vojt habib……Kemm smajt nies jghidu li jhobbu l-Bormla u fil-gimgha tal-festa huma l-aktar u l-akbar Bormlizi. Izda Bormla hi s-sena kollha u kull ma’ hu Bormliz suppost jinteressaqk…………..

    Jien ghandi fiducja assoluta fil-players taghna, KOLLHA. Tkun tixtieq terbah lil kulhadd, imma aktar facli tghidha milli taghmilha. U jien nappella lil min jikteb hawn u ghandu riedha tajba, jikteb b’ismu sabiex jersaq jaghti daqqa t’ghid, jew nersqu lejh ahna. Fil-kaz ahjar ma’ tikteb xejn habib…………

  13. Huwa minnu li qed tghid inti christ pero qedin ninsew li biex supporter idahhal idejh fil- but u jghati trid tissodisfah kull haga f’ Bormla hekk !!.Ma nistawx nibqu nirragunaw ghax naghmlu ftit gdidem u daqshekk l- istess ghall- meta tghidu irridu iktar nies fil- kumitat l- ewwel nett Bormla sar kollox fuq 4 min- nies tarom kullimkien u imdahhlin f’ kollox u tieni nett allahares kull min jikteb il- fehma tieghu irid jidhol fil- kumitat u wara telfiet bhall- dawn u wisq iktar mal- girbien bilfors ha jkollok rabja u bilfors ha tisfoga jien li nitla dejjem il- ground ma jtukx kuragg terga titla tarom jekk ghandek il- fiducja fijom inti j’ alla li tibqa jkollok pero ma tistax tipretendi li kullhadd jifima bhalek din li titlef mal- birgu mhux issa grat biss imma kwazi dejjem meta iltqajna maghhom x’ kienu kienu ir- raguni dawk kienu fatti u irridu nammettu ukoll li supporter huwa ghatxan biex jirbhilom jew allinqas rizultat rispettabli mhux kull azzjoni taghhom goal!! fit- team inbidel xi haga minn fejn ghall- ko ghall- issa li beda il- league. U meta nghidu indahhlu idejna fil- but kullhadd jaf li beltna m’ ghandiex benefatturi kbar kullhadd jaf li fil- maggorparti taghna haddiema b’ pagi minima u hafna ukoll ma jahdmux tahsbu li kieku ghandom il- Bormlizi ma jatux?? u lanqas huwa sew li nirragunaw b’ dan il- mod jien li ili zmien fil- festa taghllimt li jekk irrid xi haga zejda fil- festa nahdem u nirsisti ghalija u kemm jista jkun ma ndurx fuq in- nies halli ma nitlobomx iktar minn darba u nemmen li hekk ghandu jsir anki missieri hekk ghallimni il- verita hija wahda li ma narawx il- verita jew narawa u ma nghiduwix u nikritikaw lil minn jikteb x’ jiswa li jkollok 20 fil- kumitat u ma jkunux kapaci igibu lira?? Mhux qed nghid ghan- nies tal- kumitat prezenti imma dik hija il- verita u xi kultant twegga u dan inti christ tafu sewwa u anki nies ohra fil- kumitat jafu u haga ohra il- birgu jaghmlu ghax ghandom min jaqlalom

  14. Din storja bhal tal-bajda u it-tigiega, x’ghandu jigi l-ewwel ? Kullhadd jaf li il-flus ghalijna il-Bormlizi qatt ma’ waqqaw mis-Sema. Perswaz li il-Club qiehed u jibqa jaghmel min kollox sabiex issieb xi sposor tajjeb. Mhux facli, anzi kwazi impossibli anke minhabba is-sitwazzjoni finanzjarja xejn tajba. Il-Brigu ghandhom team tal-Premier u dan kullhadd jafu. Kieku irbahna lil-Birgu kont inkun ferhan doppjament, l-ewwel ghax irbahna lill-Birgu u it-tieni ghax irbahna lill-Team tal-Premier. Din kienet holma biss. Il-Club ghandu bzonn l-Appogg l-aktar f’mumenti difficli, hemm nuru kemm verament il-Club u ghal qalbna. Grazzi min qalbi lill kull min jaghti is-sehem tieghu, kurragg u il-Festa it-Tajba lill-Bormlizi kollha !


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: