Posted by: stgeorgesfc | November 17, 2009

Is-Saints jibdew il-kampjonat b’telfa kontra Balzan


Ilbirah, 22 ta Novembru, inghata bidu ghall-kampjonat ta l-Ewwel Divizjoni Maltija, fejn is-Saints tilfu bl-iskor ta 2-0 kontra Balzan Youths b’Simon Shead ikun l-eroj taghhom.

Is-Saints kienu l-ahjar team fl-ewwel hinijiet tal-loghba, fejn xutt ta Glenn Bonello u wiehed ta Anthony Ewurum gew milqugha tajjeb mill-goaler ta Balzan. Kif beda jghaddi il-hin, Balzan bdew jidhlu aktar fil-loghba u wara 21 minuta loghob, safe tajjeb ta Thomas Galea cahhad lil Balzan milli jmorru fil-vantagg.

Chris Ciappara fl-azzjoni kontra Balzan Youths (ritratt mehud minn http://www.timesofmalta.com)

Izda minuta wara, Hal-Balzan marru fil-vantagg, meta minn corner ta David Fenech, Simon Shead tefgha il-ballun fix-xibka b’daqqa ta ras li hasdet ghall-kollox lid-difiza tas-Saints.

Fit-tieni taqsima, kif kien mistenni, is-Saints hadu il-loghba f’idejhom, fejn b’naqa aktar attenzjoni, setghu jgibu id-draw facilment. Infatti, wara ftit minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Tabone kellu jaghmel safe stupend fuq xutt sabih ta Anthony Ewurum u ftit wara, Anthony Bonello tefgha bi ftit barra wara daqqa ta ras minn pozizzjoni ideali.

Izda hames minuti mit-tmiem, Balzan ghalqu il-loghba wara li minn freekick ta Ivan Zammit, il-ballun habat mal-wieqfa, u mir-rebound l-istess Shead tefgha fix-xibka biex ta ir-rebha lil Balzan.

Advertisements

Responses

  1. ejja blues namlu mohhna em al loba li jmissna kontra vittoriosa.. nemmen li jekk il loba kontra il birgu tasal.. laffarijit jinbidlu kemm bhala moral u kemm bhala sapport! AHNA WARAJKOM!


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: