Posted by: stgeorgesfc | November 5, 2009

Is-Saints jergghu jitilfu kontra Hamrun Spartans


Is-Saints ghadom kemm hadu it-tieni telfa konsekuttiva kontra Hamrun Spartans bl-iskor identiku ta 3-0, fejn anke f’din il-loghba, gew imkeccija Emerson Amaira u il-coach Joey Falzon wara li il-gimgha ta qabel kontra l-istess Hamrun Spartans kienu gew mkeccija Anthony Bonello u Manuel Sevasta.

Fellus

Clint Schiavone fl-azzjoni kontra Hamrun Spartans (timesofmalta.com)

 
Bin-nuqqas ta Bonello u Sevasta, il-coach Joey Falzon kellu jibdel xi ftit il-formazzjoni ghas-Saints. Fil-fatt ghall din il-loghba iddebutta ma l-ewwel hdax Daniel Galea, fejn laghab fic-centru tad-diviza ma Gordon Mallia. It-tattika li intuzat kienet wahda difensiva u fl-istess hin tkun offensive bil-kontra attakk.
 
Fil-bidu tal-loghba, is-Saints hargu tajjeb billi bdew jilqghu lil Spartans u jaghlqu l-ispazzjijiet tajjeb fuq wara. Wara biss ftit minuti, kellna cans tajjeb hafna li mmorru fil-vantagg permezz ta Ewurum wara li gie wahdu mal-goaler, huwa xehet barra. Ftit wara is-Saints kienu verament zvinturati wara li minn clearance ta Daniel Galea, il-ballun habat ma Gordon Mallia u Mawete ma hafirx fl-lasta vojta.
 
Wara 28 minuta loghob, il-Hamrun irrdupjaw wara li Gaetan Spiteri skorja minn daqqa ta ras minn corner ta Camoin.
 
Ftit qabel il-mistrih, is-Saints hadu daqqa ta harta wara li tkecca Emerson Amaira wara li gie muri zewg karti sofor fejn hawnhekk ir-referee halla lis-Saints jilghabu b’10 minn nies ghall-aktar min taqsima shiha.
 
Biex wara seba minuti mit-tieni taqsima, l-Spartans ziedu iehor permezz ta Mawete wara pass ta Attard.

Advertisements

Responses

  1. Loghba difficli immens li ma’ tistghax thares lejha minghajr maz-zomm f’mohhok il-loghba ta’ qabila. Sfortunatament, tlifna plejer iehor u lil-coach Joey Falzon. Inkun onest, qed jinkwetani il-fatt li qisa qed issir ir-regola li nitilfu plejer, jew tnejn f’kull loghba. Minkejja dan xorta ghad ghadni nemmen f’dan it-team, xorta ghandi fiducia fil-bravu coach taghna. Issa ejjew niffukaw fuq il-kampjonat, kuragg lil-kullhadd !

  2. IFEM IL- HADD MA TLJATX MA NAFX GHALA KECCIH LIL EMERSON PERO FUQ IT- TKECCIJIET L- OHRA MA TKECCUX FUQ NUQASSIJIET TAL- PLAYER’S JIEN WISQ NIBZA LI DIN DONNA HIJA REGOLA GDIDA MIR- REFERESS META NILGHABU AHNA !! NISTENNEW U NARAW

  3. L-ewwel karta safra ta Emerson ma kinitx. It-tieni wahda kienet valida ghax kien late.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: