Posted by: stgeorgesfc | October 24, 2009

Rizultat mhux gust jaghti l-ewwel telfa lis-Saints


Illum, 24 ta Ottubru, is-Saints ghadom kemm hadu l-ewwel telfa ta l-istagun wara li tilfu 1-0 kontra ir-rivali taghhom Vittoriosa Stars. Ghalkemm ir-rizultat juri li s-Saints hargu telliefa minn dan il-konfront, xorta wahda is-Saints taw kollox biex jipprovaw isalvaw ir-rizultat fejn fit-tieni taqsima is-Saints iddominaw ghall-kollox il-loghba. Ghalkemm tlifna, xorta wahda is-Saints ghaddew ghas-Semi Finali bhala rebbieha ta dan il-Grupp waqt li Vittoriosa Stars spiccaw l-ahhar post fil-klassifika. Pero l-aktar nota negattiva minn din il-loghba hija li s-Saints se jkollom jilghabu is-Semi Finali minghajr Anthony Bonello peress li gie mkecci fit-tieni taqsima wara zewg karti sofor.

Il-loghba bdiet bis-Saints igawdu hafna aktar il-pussess tal-ballun, bl-Stars jilghabu bil-kontra attakk. Infatti il-goal wasal f’nofs l-ewwel taqsima, fejn minn corner favur is-Saints, l-Stars hargu b’kontra attakk fejn Borg Olivier qassam lejn Gary Inguanez u gabu f’lasti vojta biex skorja il-goal li taghhom ir-rebha.

Benoir Fenech u Chris Ciappara fl-azzjoni kontra Vittoriosa Stars

Benoir Fenech u Chris Ciappara fl-azzjoni kontra Vittoriosa Stars (ritratt mehud minn http://www.maltafootball.com/www.stephengatt.com)

Wara dan il-goal is-Saints ma qatawx qalbom fejn baqghu sa l-ahhar jiggieldu biex igibu ir-rizultat. Is-Saints vera haqarom fit-tieni taqsima wara li s-Super Sub, Josef Dalli, venven xutt li habtet mal-lasta. Wara din l-azzjoni gew imkeccija Beppe Muscat(Vittoriosa) u Anthony Bonello(St. Georges) wara li gew murija zewg karti sofor.

Ftit wara ir-referee hassar goal lil Benoir Fenech fejn qal li kien hemm foul fuq il-goaler. Biex fl-ahhar mumenti tal-partita xutt sabih ta Gordon Mallia gie milqugh tajjeb minn Henry Bonello.

Vera li din kienet telfa mhux meritata pero aktar tiswa rebha fil-league milli rebha llum, li fl-ahhar mill-ahhar ma kienet tiswa xejn. Unlucky BLUES konna tajjeb hafna, l-importanti issa li nkomplu nikkoncentraw ghall-loghba li jmiss kontra Hamrun Spartans nhar is-Sibt li gej. COME ON BLUES!!!!

Advertisements

Responses

  1. ahna xorta warajkom

  2. naqbel ma dan lartiklu fejn qed jajd li dan ir rizultat ma kinx gust. prosit blues amiltu loba tajba hafna pero meta il ballun jajd le, memx xtamel.. issa eja namlu mohna em u nzomu ruhna ikoncentrati al partiti li gejjin.. tinkwitawx.. kontra il birgu fadal zewg lobit ohra xjintlabu li jiena certissimu li fihom ha mmoru tajjeb fejn milli rajt anna team bil hafna ahjar minnom. Nispera li supporters KOLLA JIBQU WARA TEAM li tant taghna pjacir dan lahhar xarejn. KURRAGGGGGGGGG BLUESSSS!!!!

  3. Well Done Blues ghax irbahna il- grupp u tal- wirja li taghjtu il- Bierah ahna kburin bikom u bil- loghob li laghabtu mohhkom hemm ghas- sibt ha ngibu rizultat tajjeb ahna dejjem warajkom

  4. Naqbel perfetament mal-Webmaster. Loghba klassika fejn it-team li kien jisthoqlu jirbah kien fuq in-naha tat-telifa. Nista nejd li din il-loghba kienet iddominata mis-Saints bil-Birgu jaghlqu tajjeb id-difiza u jahdmu bil-kontra attack. Hija vera hasra li sejrin nitilfu lill-Anthony Bonello fis-Semi Finals.

    Insomma, il-verita hija, li kieku ma’ tlifniex mal-Birgu kont nejd li jien mija fil-mija kuntent b’din it-telfa onorabli peress li it-team Bormliz irrejagixxa u wera qalb kbira, vera li il-goal baqqa ma’ giex, imma fl-ahhar mil-ahhar dak u il-futball. Prosit lill-Plejers, lil-Coach, lid-dirrigenti kollha u lis-Support numeruz Bormliz !


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: